Hekk kif illum saret elezzjoni każwali biex jimtela l-post li tħalla mill-mewt ta’ Renald Falzon, is-Sindku ta’ Ħal Qormi, Abigail Sammut ġiet eletta u se tibda sservi bħala kunsilliera ġdida.
Aktar tard illum Josef Masini Vento se jkun qed jieħu l-ġurament bħala s-Sindku ġdid tal-lokalità, filwaqt li Donnha Barbara se tibda sservi bħala viċi sindku.
Il-mewt ta’ Renald Falzon, li miet wara li rriżulta pożittiv għall-Covid-19, tħabbret nhar it-13 ta’ Novembru li għadda, u huwa l-iżgħar vittma tal-pandemija fl-età ta’ 46 sena.
Huwa kien ġie elett bħala kunsillier fl-2015 biex imbagħad fl-2019 inħatar bħala s-Sindku ta’ Ħal Qormi.