Sunday, November 24, 2024

Abricot Du Bougey jirbaħ il-finali Silver

Aqra wkoll

Minn Kenneth Vella 

F’idejn Noel Baldacchino, il-Franċiż Abricot Du Bugey rebaħ it-tiġrija ewlenija li saret il-Ħadd wara nofsinhar fil-Marsa. Din kienet il-finali tal-kampjonat Executive Security Services għal żwiemel tal-klassi Silver fuq distanza qasira ta’ 2140m. Din għamlet parti mis-sittax -il laqgħa tas-sena fuq għaxar tiġrijiet tat-trott. Il-laqgħa nkludiet ukoll seba’ heats mit-Tazza San Franġisk għal żwiemel tal-klassi Copper fuq distanza wkoll ta’ 2140m. Minn dawn 35 żiemel għamluha għas-semifinali. Noel Baldacchino temm l-aħjar sewwieq bi tliet rebħiet.

Tnax -il żiemel ħadu sehem fil-finali Silver. Abricot Du Bugey (Noel Baldacchino) kien l-aktar żiemel b’saħħtu wara l-karozza tat-tluq u wara ftit metri fetaħ vantaġġ żgħir minn Asko Giant (Paul Galea) u Livi Majesty (Rodney Gatt). Iż-żiemel ta’ Baldacchino okkupa l-ewwel post tul id-distanza kollha u rnexxilu jieħu t-tieni rebħa staġjonali wara li fl-aħħar metri ġab fix-xejn l-isfida ta’ Livi Majesty. Asko Giant temm it-tielet minn After Eight (Charles Camilleri).  

Fi tmiem din il-finali, Stephen Ciangura, direttur tal-kumpanija li ffinanzjat il-kampjonat ippreżenta t-trofew lil Chris Vassallo u lil Noel Baldacchino is-sid u s-sewwieq taż-żiemel rebbieħ. Ma setax jonqos li Baldacchino jkun kuntent wara din ir-rebħa fejn sostna li l-fatt li mar quddiem sa mill-bidu nett tat-tiġrija għinu biex eventwalment jikkontrolla d-diversi attakki ta’ żwiemel tul id-distanza u jtemm rebbieħ hu. 

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Cooper Club (R. Abela) Ħin – 2.45.8” (1.17.5”) 2. Cinq Trois (A. Farrugia) 3. Eclipse De Morgane (M. Debono) 4.Waikiki Man (M. Falzon) 

II Tiġrija. Heat Tazza San Franġisk. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Gaia Lucaxelo (P. Galea) Ħin – 2.44.8” (1.17”) 2. Ernest Des Angles (Ch. Gauci) 3. Sharif America (M. Sammut) 4. Ficejulando (M. Debono) 5. Mundus L.N. (B. Hili) 

III Tiġrija. Heat Tazza San Franġisk. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Dakota Atout (N. Baldacchino) Ħin – 2.46.4” (1.17.8”) 2. Fanfan Cash (F. Abdilla) 3. Grace De L’Isop (A. Mifsud) 4. Gallo Du Guelier (D. Baldacchino) 5. Black Is Black (A. Farrugia) 

IV Tiġrija. Heat Tazza San Franġisk. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Glory Oaks (J.C. Pace) Ħin – 2.46.5” (1.17.8”) 2. Likearollingstone (C. Calleja) 3. Cleyton d’Ecajuel (M. Falzon) 4. Gringo Du Biset (W. Cutajar) 5. Gibson Desert (P. Galea) 

V Tiġrija. Heat Tazza San Franġisk. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Doneisdone (N. Baldacchino) Ħin – 2.45.4” (1.17.3”) 2. Ganaka (N. Barbara) 3. Gaby Passion (R. Gatt) 4. Incredible Magic (C. Camilleri) 5. Horus De Tillard (I. Stivala) 

VI Tiġrija. Heat Tazza San Franġisk. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Gayle Galbe (C. Vassallo) Ħin – 2.42.5” (1.15.9”) 2. Gima Tege (C. Calleja) 3. Festival Marlo (R. Gatt) 4. Golden Noa (J. Buttigieg) 5. Fast d’Ouville (P. Galea) 

VII Tiġrija. Heat Tazza San Franġisk. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. General De L’Isac (P. Galea) Ħin – 2.45.2” (1.17.2”) 2. Gringo Marancourt (K. Axisa) 3. Big Ben (Ch. Degiorgio) 4. Astro La Bourgee (R. Hili) 5. Belle De Cerisy (W. Borg) 

VIII Tiġrija. Finali Kampjonat Executive Security Services. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Abricot Du Bugey (N. Baldacchino) Hin – 2.40.9” (1.15.2”) 2. Livi Majesty (R. Gatt) 3. Asko Giant (P. Galea) 4. After Eight (C. Camilleri) 

IX Tiġrija. Heat Tazza San Franġisk. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Generation d’Amour (R. Gatt) Ħin – 2.41.8” (1.15.6”) 2. Gamin De Source (P. Galea) 3. Givre Nonantais (Cherise Farrugia) 4. Greatandeasy C.C. (N. Azzopardi) 

X Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1.  Gladiateur Flower (C. Camilleri) Ħin – 2.43.6” (1.16.4”) 2. Galaxie d’Azur (P. Galea) 3. Atoll Du Sud Ouest (N. Barbara) 4. Queenswood (G. Attard)

Sport