Friday, October 18, 2024

AC Milan b’emerġenza ta’ attakkanti neqsin

Aqra wkoll

AC Milan jistgħu jmorru biex jakkwistaw xi attakkant fis-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar minħabba li żewġ skorers prolifiċi Ante Rebic u Divock Origi jinsabu barra minħabba injury. Dwar dan kollu tkellem il-coach Stefano Pioli li qal hi verament problema li jsib nuqqas ta’ attakkanti għalkemm qal li bħalissa b’xi mod għaddej billi jilgħab xi plejer żagħżugħ fil-pożizzjoni tagħhom. 

Sadanittant anke Alessandro Florenzi u Zlatan Ibrahimovic mhux mistennija jirritornaw il-bidu tas-sena d-dieħla bil-problema ta’ Pioli fid-dipartiment offensiv li tissokta.

Sport