Friday, October 18, 2024

AC Milan ifasslu offerta għal Marco Asensio

Aqra wkoll

AC Milan qed ifasslu offerta tas-sajf għall-attakkant ta’ Real Madrid, Marco Asensio.

Il-player ta’ 26 sena kien player importanti għal-Los Blancos matul l-istaġun 2021-22, fejn sab ix-xibka f’10 okkażjonijiet f’35 dehra, minbarra li pprovda assist wieħed.

Il-ftehim attwali ta’ Asensio mal-Madrileni għandu jiskadi f’Ġunju 2023, madankollu, u kien hemm għadd ta’ spekulazzjonijiet dwar il-futur tiegħu mal-club, matul l-aħħar ftit xhur.

Huwa mifhum li AC Milan identifikaw lill-player internazzjonali ta’ Spanja bħala mira ewlenija għat-tieqa tat-trasferimenti ta’ dan is-sajf u qed jippjanaw li jagħmlu tentattiv qawwi biex jiffirmawh.

Jidher li offerta fir-reġjun ta’ €25m tista’ tkun biżżejjed biex tikkonvinċi lil Real Madrid biex ibigħuh, bil-ġganti Spanjoli jkunu marbuta kemm ma’ Kylian Mbappe ta’ Paris Saint-Germain kif ukoll ma’ Erling Braut Haaland ta’ Borussia Dortmund.

Jidher li Asensio qed ifittex żieda fis-salarju għal €7m netti kull staġun, u qed jipi rrapurtat lil Arsenal ukoll qed iżommu ħarsithom mill-qrib fuq is-sitwazzjoni tal-Ispanjol.

L-ex player ta’ Mallorca skorja 47 goal u rreġistra 23 assist f’228 dehra ma’ Real Madrid fil-kompetizzjonijiet kollha tul il-karriera mill-aqwa tiegħu.

Sport