AC Milan qed jimmiraw lejn Javi Guerra, winger ta’ 21 sena ta’ Valencia. Id-direttur sportiv Igli Tare u l-kowċ Massimiliano Allegri jaraw fih żieda importanti għan-nofs il-grawnd, wara li dan il-plejer għamel 38 dehra, 3 gowls u 3 assists fl-istaġun li għadda. Il-valur tiegħu huwa ta’ madwar €25 miljun.
Guerra impressjona mhux ftit bil-flokk ta’ Valencia u hu wkoll plejer regolari mat-tim nazzjonali Spanjol ta’ taħt il-21 sena fejn lagħab 12-il logħba b’kollox.