Monday, December 30, 2024

AC Milan ikeċċu lill-kowċ Paulo Fonseca

Aqra wkoll

AC Milan keċċew lill-manager Paulo Fonseca wara biss sitt xhur fit-tmexxija wara d-draw ta’ 1-1 f’darhom kontra Roma.

Ir-riżultat ħalla lis-seba’ darbiet champions Ewropej fit-tmien post tal-klassifika tas-Serie A, 14-il punt ‘il bogħod mill-leaders konġunti Atalanta u Napoli.

Milan jinsabu fit-12-il post fil-klassifika taċ-Champions League ta’ 36 tim wara li tilfu tnejn u rebħu erbgħa mis-sitt logħbiet tagħhom.

Fonseca inħatar f’Ġunju biex jieħu post Stefano Pioli, li mexxa lil Milan lejn it-tieni post li fil-kampjonat l-istaġun li għadda u l-ewwel titlu ta’ kampjonat tagħhom fi 11-il sena fl-2022.

“Il-klabb jestendi l-gratitudni tiegħu lil Paulo għall-professjonalità kbira tiegħu u jawguralu l-isbaħ xewqat fl-isforzi tiegħu futuri,” qalet stqarrija fuq il-websajt ta’ Milan.

Waqt li kien qed jitkellem mal-ġurnalisti hekk kif il-Ħadd filgħaxija telaq minn San Siro, Fonseca deher jikkonferma li kien tkeċċa.

“Iva, veru. Jien m’għadnix kowċ ta’ AC Milan,” qal Fonseca mill-karozza tiegħu barra l-istadium. “Dak hi l-ħajja. Għamilt dak kollu li stajt.”

Milan jiffaċċjaw lil Juventus fl-ewwel leg tas-semifinali tas-Super Cup Taljana fit-3 ta’ Jannar, bit-tieni leg jintlagħab fit-18 ta’ Jannar.

Rapporti tal-midja Taljana jissuġġerixxu li l-eks manager ta’ Porto Sergio Conceicao mistenni jieħu post Fonseca.

L-ex midfielder ta’ Lazio, Parma u Inter Milan ħalla lil Porto f’Ġunju wara sitt staġuni mal-klabb Portugiż.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport