AC Milan żiedu l-isforzi tagħhom biex jassiguraw ftehim għad-difensur ta’ Lille, Sven Botman.
Matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar, AC Milan u Newcastle United kienu ħerqana li jiffirmaw lill-internazzjonali Olandiż.
Il-ko-proprjetarja tal- Magpies, Amanda Staveley, sostniet il-ġimgħa li għaddiet li d-difensur ċentrali kien għadu jħares lejn bidla għal St James’ Park qabel l-2023.
Madankollu, AC Milan wieġbu billi aċċelleraw id-diskussjonijiet dwar il-kuntratt mal-player ta’ 22 sena, konxji li jista’ jkun hemm ukoll interess minn xi club ieħor
Huwa mifhum li l-kontestanti għat-titlu tas-Serie A għamlu progress sinifikanti fin-negozjati dwar termini personali ma’ Botman.
Kif inhi s-sitwazzjoni, l-ebda club ma ftiehem dwar ħlas ma’ Lille, iżda l-club Franċiż qed jingħad li lest li jbigħ lil Botman, allegat mira għal Tottenham Hotspur, biċ-Champions League l-istaġun li ġej tidher improbabbli ħafna għalihom.