Hekk kif AC Milan jinsabu fis-semifinali tal-UEFA Champions League fejn se jiltaqgħu kontra Inter, ħsieb id-diriġenti Rossoneri jinsab fil-futur u li fuq kollox jerġgħu jikkwalifikaw fl-edizzjoni Ewropea tal-istaġun li ġej.
Hekk kif Juventus reġgħu ħadu l-15-il punt li kienu tneħħulhom, is-sitwazzjoni tal-Milanisti hu xi ftit ikkumplikata minħabba li jridu jmorru għar-raba’ post li s’issa għadu possibbli. Jekk jiġri dan, Milan jieħdu €55 miljun għal din il-parteċipazzjoni u biha jkunu jistgħu jakkwistaw xi attakkant.
Sadanittant hemm żewġ skorers prolifiċi li qed jissemmew u dawn huma Joao Pedro ta’ Watford u Alvaro Morata ta’ Atletico Madrid.