Sunday, December 22, 2024

AC Milan jixħtu ħarsithom fuq id-difensur ta’ Arsenal, William Saliba

Aqra wkoll

AC Milan xeħtu ħarsithom fuq id-difensur ta’ Arsenal, William Saliba, li qatta’ dan l-istaġun b’self ma’ Marseille.

Iż-żagħżugħ ta’ 21 sena ngħaqad mal-Gunners mingħand Saint-Etienne lura fl-2019, iżda kien immedjatament misluf lura mal-club Franċiż għal dak l-istaġun, u minn dakinhar ‘l hawn irritorna lura f’pajjiżu darbtejn b’self ma’ Nice u Marseille.

Din is-sena, Saliba stabbilixxa lilu nnifsu fit-team ta’ Jorge Sampaoli, wara li lagħab 51 logħba għal Marseille fil-kompetizzjonijiet kollha, u għen lit-team biex jokkupa t-tieni post bħalissa fil-Ligue 1.

Huwa mifhum li l-ġganti tas-Serie A AC Milan lesti jittantaw xortihom mal-Gunners, biex jaraw jekk humiex se jippermettu lid-difensur żagħżugħ ċentrali jmur jilgħab l-Italja dan is-sajf, b’self jew b’mod permanenti.

Fikayo Tomori ssolidifika ruħu bħala wieħed mid-difensuri ċentrali ewlenin fil-qalba tat-team ta’ Stefano Pioli, iżda bil-futur ta’ Alessio Romagnoli mhux ċar u Simon Kjaer qed ikompli jirkupra minn injury fl-irkoppa, ir-Rossoneri qed jipprijoritizzaw li jsibu rinforzi fid-difiża.

Saliba għad irid jagħmel dehra mat-team tal-kbar ta’ Arsenal, wara li kien deher biss mat-team taż-żgħażagħ tagħhom minn meta ngħaqad mal-club tliet snin ilu.

Ekonomija

Sport