AC Milan mistennija jgħollu l-offerta tagħhom lil Club Brugge biex jiffirmaw lil Charles De Ketelaere wara laqgħa mal-aġent tal-player innifsu.
Il-player internazzjonali tal-Belġju huwa l-mira prijoritarja tar-Rossoneri fl-attakk, iżda l-offerta inizjali tagħhom ta’ €20m flimkien ma’ bonuses ġiet rifjutata minn Club Brugge.
It-team Belġjan irċieva offerta ta’ €30m mingħand Leeds, u għalhekk ir-Rossoneri ġew infurmati li jridu tal-inqas jaqblu mal-offerta tal-club mill-Premier League.