AC Milan qed ifittxu plejer ieħor li jista’ jkun alternattiva għal Ismael Bennacer. Hekk kif il-plejer Alġerin ġieli kien nieqes minħabba injury, il-kowċ Stefano Pioli pprova diversi plejers fl-irwol tiegħu bħal Tommaso Pobega, Rade Krunic u Aster Vrankx.
Id-diriġenti Rossoneri qed imorru fuq Johann Lepenant, li hu plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ 21 sena u li fl-istaġun li għadda ngħaqad ma’ Olympique Lyon mingħand Caen għas-somma ta’ €4.2 miljun.
Dan il-plejer jista’ jiġi akkwistat fis-sajf li ġej hekk kif bħalissa qed ikollu wirjiet tajbin mat-tim Franċiż tant li lagħab 19-il darba magħhom filwaqt li skorja gowl wieħed biss.