Id-diriġenti ta’ AC Milan se jiltaqgħu mar-rappreżentanti tal-plejer ta’ nofs il-grawnd Yacine Adli li mistenni jħalli lill-klabb għallinqas b’self u jmur jilgħab ma’ xi tim ieħor.
Adli, li għandu 22 sena, ftit qed isib spazju mar-Rossoneri u kien għalhekk li s-soluzzjoni hi dik li jsib destinazzjoni oħra.
Adli ilu ma’ Milan sa mis-sena 2021 u s’issa lagħab biss erba’ partiti. Hu kien qed jilgħab ukoll b’self ma’ Bordeaux.