Saturday, December 21, 2024

AD MULTOS ANNOS GWU

Aqra wkoll

Il-General Workers Union illum il-5 ta’ Ottubru qed tiċċelebra id-79 anniversarju mit-twelid tagħha. Anniversarju li matul il-milja tas-snin, bil-ħidma sfieqa tal-Union, ra l-mixja ‘l quddiem tal-ħaddiema Maltin u lil familji tagħhom itejjbu ħajjithom soċjalment u ekonokament. Għalhekk ħadd u xejn ma jista’ jiċħad, iwarrab jew jiskarta l-post ewlieni li l-GWU għandha fl-istorja riċenti ta’ pajjiżna.

Dan mhux biss aħna nistqarruħ imma saħansitra wkoll kittieba awtorevoli li taw importanza assoluta lit-twaqqif ta’ din l-ikbar organiżazzjoni tal-ħaddiema f’pajjiżna. Organiżazzjoni li twieldet biex toħroġ lill-klassi tax-xogħol mill-miżerja u l-faqar li kienet fih.

Eżempju wieħed biss minn dawn kollha huwa dak li kiteb l-Avukat Herbert Ganado f’wieħed mill-volumi tiegħu Rajt Malta Tinbidel. Dr Ganado stqarr b’mod ċar u bla tlaqlieq illi l-ikbar ġrajja li seħħet waqt il-qilla tat-Tieni Gwerra Dinjija fis-sena 1943 kien it-twelid tal-GWU.

U kellu raġun bil-kbir Dr Ganado meta qal hekk. Iż-żmien tah prova qawwija u b’saħħitha ta’ kemm il-GWU kienet u għadha strumentali u protagonista ewlenija mhux biss fl-evuluzzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema Maltin imma wkoll fl-edukazzjoni kontinwa u l-iżviliupp tsl-personalits tagħhom.

Ma nistgħux ma nfakkrux lanqas li sa mis-snin bikrin tagħha, il-GWU ħadmet bis-sħiħ u bla heda biex issaltan l-ugwaljanza u biex f’pajjiżna ma ssir  ebda diskriminazzjoni ma ħadd. Illum, grazzi għal dak li rnexxielha twettaq il-GWU, in-nisa għandhom posthom fis-soċjeta,  fid-dinja tax-xogħol bid-dinjita kollha li jistħoqqilhom.

Dan kollu, il-GWU ma wettqitux biss ma naħa waħda tal-poplu imma rat kif għamlet wkoll biex minoranzi ma jiġux imċaħħdin mid-drittijiet li huma tagħhom ukoll.

Il-GWU, għaliex hija organizażżjoni dinamika u proattiva tħares lura biss biex titgħallem mill-esperjenza tagħha stess. Imma tħares ukoll ‘il quddiem għaliex temmen li l-futur huwa issa sabiex ħadd ma jiġi aljenat mill-iżvilupp teknologiku bla rażan li qed iseħħ f’din id-dinja globalizzata.

Għalhekk, il-GWU hija kompetenti, konsistenti u kredibbli. 

Ekonomija

Sport