Monday, June 17, 2024

Adam Azim favorit li jirbaħ fis-Super Sunday tal-boxing

Aqra wkoll

Tmiem din il-ġimgħa mistenni jkun wieħed ferm interessanti għall-boxing Brittaniku hekk kif is-segwaċi ta’ dan l-isport fl-Ingilterra se jinġabru fl-Alexandra Palace fil-belt kapitali Ingliża Londra sabiex jassistu għal hekk imsejħa Super Sunday. 

Fil-fatt Adam Azim se joħodha kontra Rylan Charlton fl-iktar ġlieda mistennija. Azim hu favorit li jikseb ir-rebħa fuq l-avversarju tiegħu minħabba li qed jitqies bħala wieħed mill-iktar boxers ta’ talent lokali wara li rebaħ b’ħames knock-outs mill-aħħar sitt konfronti li ġġieled.

Ekonomija

Sport