Il-kowċ ta’ Atalanta Giampiero Gasperini rċieva aħbar xejn sabiħa li l-attakkant internazzjonali Niġerjan Ademola Lookman weġġa’ u se jibqa’ barra għal madwar ħames ġimgħat. Dan kollu qed iseħħ qabel ma’ i Bergamaschi jiltaqgħu kontra Barcelona fil-UEFA Champions League u kontra Torino fi tmiem il-ġimgħa li ġej.
Gasperini qed ikellem lid-diriġenti tiegħu fejn qed jitlob li jkun hemm attakkant ieħor disponibbli u għalhekk fl-aħħar jiem tas-suq tat-trasferimenti se jkollhom jixtru plejer ieħor.