Friday, December 13, 2024

Adottat ir-rapport tal-Kummissarju għall-Istandars

Aqra wkoll

… imiss li l-Ministri Clayton Bartolo u Clint Camilleri jagħmlu s-sottomissjonijiet tagħhom

“Niddikjaraw li l-pożizzjoni tagħna hi li dan ir-rapport għandu jkun adottat”. Hekk saħqu l-Ministru Jonathan Attard u s-Segretarju Parlamentari Andy Ellul fil-Kumitat Permanenti dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubblika fejn b’mod unanimu ġie adottat ir-rapport tal-Kummissarju tal-Istandards dwar l-ingaġġ ta’ Amanda Muscat – illum mart il-Ministru Clayton Bartolo – fil-Ministeru għal Għawdex.

Waqt il-laqgħa tal-Kumitat, il-Ministru Attard sostna li dan kien eżerċizzju li wassal biex isiru numru ta’ rakkomandazzjonijiet importanti partikolarment f’dak li għandu x’jaqsam mal-manwal tal-ingaġġ tal-konsulenti. “Liema rakkomandazzjonijiet, fuq quddiem nett il-Prim Ministru, li diġà kkonferma l-impenn tal-Gvern li dan il-manwal isiru l-interventi neċessarji fih.”

Il-Membri tal-Oppożizzjoni fil-Kumitat – id-Deputati Nazzjonalisti Ryan Callus u Mark Anthony Sammut – iddikjaraw li huma wkoll qegħdin jilqgħu li r-rakkomandazzjonijiet li hemm fil-konklużjonijiet jiġu approvati. B’hekk b’mod unanimu ġie approvat ir-rapport.

L-Ispeaker Anġlu Farrugia, li jmexxi dan il-Kumitat, stqarr li l-membri tal-Gvern u tal-Oppożizzjoni għandhom jaraw sew dwar dak li jirrimarka b’mod b’saħħtu l-Kummissarju tal-Istandards b’mod partikolari r-rifużjoni tal-ammont li jiddiskuti b’mod dettaljat fir-rapport.

Il-proċedura issa tmur għas-sottomissjonijiet tal-Ministri Clayton Bartolo u Clint Camilleri li jissemmew fir-rapport. Is-seduta li jmiss tal-Kumitat se ssir nhar l-Erbgħa li ġej.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport