Monday, October 28, 2024

Adrenalina u Azzjoni fit-tielet Grand Prixtal-Kampjonat Dinjija tal-Powerboats Voomquest Enemed UIM V2

Aqra wkoll

It-tielet Grand Prix tal-Kampjonat Dinjija tal-powerboats Voomquest Enemed UIM V2 sar fi tmiem il-ġimgħa fi Brindisi, l-Italja fi tmiem il-ġimgħa mimlija azzjoni u adrenalina.

L-azzjoni bdiet nhar il-Ġimgħa, bit-timijiet jikkompetu għall-pole position. Fuq quddiem fil-ġurnata kien Waistnot, li kellu distakk ta’ 0.6 sekondi fuq Interceptor Remax. It-tielet l-aħjar ħin kien miksub minn El Diablo li kellu differenza ta’ 1.3 sekondi. Il-podju tal-ġurnata ttieħed minn El Diablo, segwit minn Interceptor Remax u Cutting Edge.

Il-pole position tas-Sibt bdiet b’Interceptor Remax, segwit minn El Diablo, Waistnot u Cutting Edge, filwaqt li El Diablo ġie l-ewwel, segwit minn Interceptor Remax, it-tnejn ġew penalizzati minħabba jumpstart. Sfortunatament, ir-reazzjoni ta’ Interceptor Remax għall-penalty wasslet biex it-tim jiġi skwalifikat għall-kumplament ta’ tmiem il-ġimgħa. Dan ifisser li Cutting Edge ġew ippremjati l-ewwel post, segwiti minn Waistnot u El Diablo.

Is-Sibt filgħaxija saret lap parade mid-dgħajjes kollha li qed jipparteċipaw fl-Adriatic Cup u l-klassi V2 fil-Port ta’ Brindisi. Dan kien segwit minn speed runs ġewwa l-Port ta’ Brindisi, u li għalihom Waistnot spiċċaw l-ewwel. Matul il-lejl, sar spettaklu għall-mijiet ta’ dilettanti tad-dgħajjes tal-powerboat li kienu ħonqu x-xatt.

L-aħħar ġurnata tat-tlielaq rat tliet dgħajjes jieħdu sehem, b’wirja eċċitanti. Sfortunatament għall Cutting Edge, dawn sofrew ħsara mekkanika li minħabba fiha kellhom jieqfu mit-tiġrijiet. B’hekk segwa dwel bejn Waistnot u El Diablo b’Waistnot jegħleb lil El Diablo.

Riżultati Ġenerali – GP3

L-ewwel – Team El Diablo

It-Tieni – Team Cutting Edge

It-Tielet  – Team Waistnot

It-tellieqa li jmiss tal-Kampjonat Dinji tal-Voomquest Enemed UIM V2 Powerboat se ssir f’Cervia, l-Italja bejn l-1 u t-3 ta’ Settembru.

Il-Kampjonat Dinji Voomquest Enemed UIM V2 Powerboat huma appoġġjati minn Enemed, Yachting Malta, Chaudron Powerboats, Visit Malta, Union Internationale Motonautique u Virtu Ferries Ltd.

Sport