Sunday, December 22, 2024

Adrian Delia jiċħad li kien avviċinat mill-partit biex jikkontesta l-elezzjonijiet tal-PE

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ċaħad rapport ippubblikat aktar kmieni minn Times of Malta intitolat “Adrian Delia explores 2024 MEP bid”. Delia qal li mingħajr ma jidħol f’kontroversji bla bżonn xtaq jiċċara li ħadd mit-tmexxija tal-partit ma avviċinah sabiex jikkontesta l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew. Huwa qal li lanqas hu ma kkonsidra li jagħmel dan il-pass.

Dan wara li l-artiklu ppubblikat aktar kmieni jagħti x’jifhem li t-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista qed tagħmel pressjoni fuq l-eks Kap tal-istess Partit, Adrian Delia, biex joħroġ bħala kandidat għall-elezzjonijiet li jmiss tal-Parlament Ewropew, li huma skedati għal Mejju tal-2024. Il-gazzetta qalet ukoll li Delia nnifsu ma riedx jitkellem mal-gazzetta dwar x’inhuma l-intenzjonijiet tiegħu.

Dan ir-rapport jagħti ħjiel li t-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista, iddominata mill-establishment tal-istess partit tista’ tkun qiegħda tfittex modi kif l-eks Kap Adrian Delia u l-fazzjoni tiegħu ma jitħallewx ikunu ta’ xkiel għall-Kap tal-partit Bernard Grech. 

Ekonomija

Sport