Aktar kmieni dalgħodu l-Prim Ministru ħabbar dwar il-komunikazzjoni tiegħu ma’ Chris Cardona u li dan tal-aħħar se jkun qiegħed jirreżenja mill-kariga ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-PL fil-ħin li ġej.
B’reazzjoni għal dan il-mexxej tal-Oppożizzjoni u l-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li Cardona messu ilu li telaq u li messu ilu li tkeċċa. Delia ma waqafx hawn u żied jitlib biex Cardona jiġi investigat “minnufih” għax “ir-riżenja waħidha ma ssolvi xejn”.