L-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia żvela fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook li hu u s-sieħba tiegħu Cynthia Galea qegħdin jistennew tarbija.
Il-Kelliem għat-Trasport, Mobilità u l-Proġetti Kapitali tal-Partit Nazzjonalista esprima l-ferħ tagħhom għal din l-istennija.
Delia rringrazzja lil Galea għas-sapport kontinwu tagħha fil-ħajja ta’ kuljum qal li m’għandux kliem biex jesprimi l-gratitudni li jgawdi kull jum li jgħaddi.