Id-Deputat u eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ġibed l-attenzjoni tal-awtoritajiet b’rabta ma’ telqa kbira li hemm wara l-Knisja ta’ San Franġisk f’Birkirkara.
F’post li tella’ fuq il-midja soċjali fl-aħħar ħin huwa qabbel iż-żona, li fiha jidher li għaddej xogħol ta’ kostruzzjoni, ma’ xeni f’Beirut jew Kabul anke minħabba li jidher ċertu materjal li qiegħed jieħu n-nar.

Il-Kelliem għat-Trasport,Mobilità u l-Proġetti Kapitali fi ħdan il-Partit Nazzjonalista qiegħed jagħmel dan wara li ngħata mandat b’saħħtu anke mir-residenti tal-istess lokalità, liema mandat seta’ jitqies bħala vot ta’ protesta għat-tneħħija tiegħu minn Kap tal-partit.