Monday, June 23, 2025

Adrian Delia se jikkontesta għal Kap tal-PN

Aqra wkoll

“Id-deċiżjoni biex tikkontesta t-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista m’hiex waħda faċli jew li tittieħed bl-għaġġla. L-implikazzjonijiet għandhom għeruq fondi, mhux biss għalija iżda wkoll għal dawk qrib tiegħi – b’mod speċjali l-familja,” hekk stqarr l-eks kap tal-PN Adrian Delia filwaqt li ħabbar li kien se jerġa’ jitfa’ n-nomina biex jerġa’ jieħu l-kariga.

“Sa mill-ewwel esperjenzi tiegħi fuq Radio 101, matul iż-żmien tiegħi bħala Kap tal-Partit u mbgħad bħala membru parlamentari, iddedikajt ruħi biex inservi l-partit u l-pajjiż. L-isforz tiegħi kien dejjem imnebbaħ mill-emmna f’dak li hu tajjeb u ġust. Matul l-aħħar ġranet, tkellimt ma ħafna minnkom. Qsamtu miegħi ħsibijietkom, it-tamiet u x-xewqa tagħkom li taraw partit b’saħħtu u magħqud – Partit li jkun il-fuq minn nuqqas ta’ qbil intern, li jħaddan mod ġdid ta’ kif issir il-politika u li jersaq b’fiduċja lejn rebħa. Jien smajt il-vuċijiet tagħkom u rajt f’għajnejkom il-passjoni tagħkom. Il-kuraġġ li għamiltuli kien t’ispirazzjoni kbira għalija,” kompla jikteb Delia.

“Nifhem il-piż tar-responsabilta, iżda b’konvinzjoni li flimkien nistgħu indawru l-paġna u nibdew kapitlu ġdid, għal darb’oħra għażilt li npoġġi l-interessi tal-Partit u tal-Pajjiż l-ewwel. Bl-appoġġ tal-familja tiegħi, ħbieb, kunsilliera, tesserati u sħabi membri parlamentari, se nkun qed inpoġġi ismi b’mod uffiċjali biex inservi mill-ġdid bħala Kap tal-Partit glorjuż tagħna,” temm jgħid Ardian Delia.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport