Thursday, July 3, 2025

Adrian Delia u Alex Borg mhux se jitħallew jiddibattu lil xulxin

Aqra wkoll

Adrian Delia u Alex Borg, iż-żewġ kandidati li wrew interess għall-kariga ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista ġew imwaqqfa milli jiddibattu lil xulxin fost regoli oħrajn.
Aktar minn hekk waħda mir-regoli li ħareġ il-Partit Nazzjonalista tgħid li waqt intervisti li jagħtu ma jistgħux jagħmlu referenza għal xulxin.

“Kull intervista li jagħtu jridu jagħtuha b’mod separat u mhux xi forma ta’ dibattitu. Fl-ebda ħin waqt l-intervisti ma jistgħu jsemmu lil xulxin,” tgħid waħda mir-regoli li ħareġ il-Partit Nazzjonalista.

Il-Kummissjoni Elettorali Nazzjonalista tgħid li ż-żewġ kandidati se jitħallew jaċċettaw intervisti biss mill-midja tal-Partit Nazzjonalista, u dan ladarba tibda uffiċjalment il-kampanja.

Barra minn hekk, Delia u Borg se jitħallew jaċċettaw intervisti minn kmamar tal-aħbarijiet oħrajn ladarba jkun għadda il-proċess intern tad-due diligence, iżda l-parteċipazzjoni se tkun soġġetta għal-linji gwida fejn fost l-oħrajn il-Partit irid jagħti permess minn qabel għal din l-intervista.

Kull talba għal xi intervista l-kandidati għandhom jinformaw immedjament lill-Kummissjoni Elettorali tal-partit u lis-Segretarju Ġenerali Nazzjonalista, Charles Bonello.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport