Sunday, June 29, 2025

Adrian… qed tagħti lezzjoni lil kulħadd

- Roderick Caruana

Aqra wkoll

Proprju fit ħin wara li Adrian Delia tefa’ nomina għal Kap tal-Partit Nazzjonalista, jikkummenta Roderick Caruana, atttivist Nazzjonalist u qallu ‘Adrian….qiegħed tagħti lezzjoni lil kulħadd”

Roderick Caruana, li hu kunsillier f’Raħal il-Ġdid ikkummenta li “kuraġġ, Adrian Delia. Qed tagħti lezzjoni lil kulħadd li, jiġri x’jiġri fil-ħajja tagħna, irridu nibqgħu nissieltu u qatt ma naqtgħu qalbna minn dak li nemmnu fih. Diġà wrejt li int Kap b’saħħtu u ta’ vera, wieħed li jmexxi b’valuri u b’kuraġġ.  Għax anke meta kont waħdek, mingħajr ħadd miegħek, ħadt il-ġlieda fuq spallejk u fassalt battalja fil-Qrati biex tikseb lura l-isptarijiet li kienu nsterqu lill-poplu.  U meta rbaħt, kulħadd beda jrid ikun parti mir-rebħa tiegħek. Imma inti, b’umiltà kbira, għedt ‘Ma rbaħtx jien, rebħu l-Maltin.’ Dik hija l-vera tmexxija.”

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport