Friday, October 11, 2024

Adrien Rabiot bejn ħames klabbs Ewropej

Aqra wkoll

Hekk kif Adrien Rabiot telaq lil Juventus fl-aħħar tal-istaġun li għadda, hu qed iħabbel rasu biex jara fejn se jmur jilgħab. Fil-mument hemm diversi klabbs li huma interessati fih fosthom Arsenal, Chelsea, Liverpool, Manchester United u Galatasaray.

Il-Premier League Ingliż hi mistennija tkun id-destinazzjoni tal-plejer Franċiż li lagħab ukoll ma’ Paris St Germain fil-passat.

Min-naħa tiegħu, Rabiot qed iħalli f’idejn l-aġent tiegħu sabiex ikun jaf fejn se jilgħab fl-istaġun li ġej.

Sport