Il-plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ Juventus, Adrien Rabiot, kien qed jitkellem ma’ ġurnal popolari Franċiż u d-diskors waqa’ fuq il-futur tiegħu u fuq l-eventwali tiġdid fil-kuntratt tiegħu.
“It-tiġdid fil-kuntratt ma’ Juventus? L-Italja jien ninsab għal qalbi u nħoss li dejjem qed inkabbar il-ħiliet tiegħi. Fil-futbol qatt ma tista’ tgħid x’se jiġri. Jien se niltaqa’ mad-diriġenti tal-klabb u nfasslu l-pjan tagħna għal li ġej.
Rabiot ilu ma’ Juventus sa mis-sena 2019.