Thursday, December 26, 2024

Afcon 2024: It-team ta’ Tom Saintfiet  fil-“grupp tal-mewt”

Aqra wkoll

Il-Gambja ngħataw il-“grupp tal-mewt” fit-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani tas-sena d-dieħla (AFCON), qal il-coach Tom Saintfiet li fit-tieni diċennju ta’ dan is-seklu kien anke mexxa lit-team nazzjo­nali Malti għal ftit taż-żmien.

L-iżgħar pajjiż kontinentali tal-Afrika sabu lilhom infushom kontra r-rebbieħa tat-tazza, is-Senegal, fil-poloz li ġew imtel­lgħin nhar il-Ħamis għat-tournament li se jsir fl-Ivory Coast.

Iċ-champions ħames darbiet, il-Kamerun u l-Guinea, jinsabu wkoll fi Grupp Ċ.

L-erba’ timijiet kollha avvanzaw mill-fażi tal-gruppi fl-Afcon 2021 imdewma, b’Gam­bja tasal sal-kwarti-finali.

“Aħna l-underdogs ċari. Użajt ħafna fl-aħħar Afcon li aħna żgħar u huma kbar,” qal Saintfiet wara t-tlugħ tal-poloz.

“Kien tajjeb għalina, iżda dan il-grupp huwa ferm aktar diffiċli din id-darba – għandna l-”grupp tal-mewt”.

“Aħna niffaċċjaw liċ-champions Afrikani attwali, is-semi-finalisti tal-aħħar Afcon fil-Kamerun, u l-Guinea, li laħqu l-fażi tan-knockout fl-aħħar edizzjoni.”

Il-Gambja ġew eliminati mill-ospiti, il-Kamerun, fl-istadju tal-kwarti-finali fl-2022. Kien debutt notevoli fit-tournament, in­kluża rebħa fuq it-Tuneżija biex ikkwali­fikaw mill-grupp.

Fl-ewwel round tan-knockout huma eliminaw lill-Guinea, u issa jridu jerġgħu jiltaqgħu kontrihom.

Intant, il-coach Belġjan Saintfiet, kien l-20 coach nazzjonali ta’ Malta. Iżda huwa dam tliet partiti biss bid-debutt jasal fit-12 ta’ Novembru, 2017, fit-telfa ta’ 3-0 kontra l-Estonja. Huwa tilef ukoll iż-żewġ partiti l-oħra … v Lussemburg 1-0 u l-Finlandja 5-0.

Ekonomija

Sport