Saturday, December 21, 2024

AFCON: Tmien persuni jmutu waqt rassa kbira fil-Kamerun

Aqra wkoll

Mill-inqas tmien persuni nqatlu u għexieren oħra ndarbu minħabba rassa qabel partita valida mit-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani.

Filmati wrew folol ta’ partitarji  jgħajtu mgħaffġa fil-bibien tad-dħul tal-istadium Paul Biya fil-kapitali, Yaounde.

Ix-xhieda ddeskrivew xeni kaotiċi hekk kif eluf ta’ partitarji bdew jissaraw biex jiksbu aċċess.

Mit-38 persuna li weġġgħu, sebgħa jinsabu f’qagħda gravi u skond rapporti hemm tifel fost il-mejta

L-istadium għandu kapaċità ta’ 60,000, iżda minħabba r-restrizzjonijiet tal-Covid-19 ma kienx maħsub li jkun mimli aktar minn 80% għal-logħba tat-Tnejn.

Uffiċjali tal-logħba ġew ikkwotati li qalu li madwar 50,000 persuna kienu qed jippruvaw jidħlu biex jaraw il-partita.

Nies bdew jiġru u jitilgħu ċ-ċnut filwaqt li ħafna ppruvaw ikissru l-barrikati. Wara ftit daħlet ambulanza fil-grawnd iżda kien hemm aktar problemi minħabba r-rassa tan-nies li sa dak il-ħin kien hemm nies mitluqin mal-art u anke mitlufin minn sensihom. 

Ekonomija

Sport