Thursday, January 8, 2026

Aġenzija tal-immigrazzjoni tal-Istati Uniti toqtol mara f’Minneapolis

Aqra wkoll

Aġent tal-immigrazzjoni tal-Istati Uniti qatel mara ta’ 37 sena fil-belt ta’ Minneapolis b’tiri. Dan kollu wassal għal għadd ta’ protesti matul il-lejl fil-pajjiż. 

Uffiċjali federali qalu li l-mara, Renee Nicole Good, ppruvat issuq fuq l-aġenti tal-immigrazzjoni bil-karozza tagħha iżda s-sindku tal-belt qal li l-aġent li sparalha aġixxa b’mod traskurat.

Filmati tal-inċident juru aġenti tal-ICE joqorbu lejn karozza pparkjata f’nofs it-triq. Hekk kif tipprova ssuq ’il bogħod, wieħed minnhom jipponta l-pistola tiegħu lejn ix-xufier u jinstemgħu mill-inqas żewġ tiri. 

Bħalissa għaddejjin diversi investigazzjonijiet mill-FBI. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport