Saturday, December 21, 2024

AĠĠORANT: Ħadd ma jindarab u t-triq tinfetaħ mill-ġdid għat-traffiku

Aqra wkoll

Il-Pulizija kkonfermat ma’ Talk.mt li Triq Gorg BOrg Olivier fir-Rabat reġgħet infetħet għat-traffiku wara xi ħin ta’ kontrolli minħabba scaffolding li waqa’ fl-imsemmija triq. Jidher li l-iscaffolding spiċċa ċeda wara li ntlaqat minn vettura kbira li kienet għaddejja mill-istess triq.

Dan is-sit jista’ jikkonferma li ħadd ma ndarab f’dan l-inċident hekk kif fortunatament ħadd ma kien fuq l-iscaffolding jew saħansitra għaddej minn taħtu fil-ħin tal-inċident.

Residenti li tkellmu magħna kkonfermaw li ftit tal-jiem ilu nġibdet l-attenzjoni dwar il-periklu tal-istess struttura minħabba li t-triq hija waħda dejqa u li minnha jgħaddu vetturi kbar.

2:00 p.m: Triq Gorg Borg Olivier tinsab temporanjament magħluqa għat-traffiku wara li għall-ħabta tas-1:30 p.m waqa’ scaffolding li kien armat fl-istess Triq.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma dwar l-inċident u qalilna li skont l-ewwel indikazzjonijiet jidher li fortunatament ħadd ma ndarab f’dan l-inċident.

Fil-post hemm numru ta’ uffiċjali li mhux biss qegħdin jiddevjaw it-traffiku, iżda wkoll jinvestigaw dwar l-inċident li seta’ kellu konsegwenzi ferm agħar.

Aktar informazzjoni kif taslilna…

Ekonomija

Sport