Sunday, October 27, 2024

Aġġornament fuq is-servizzi mill-Fergħat tal-BOV minħabba l-pandemija

Aqra wkoll

Il-Bank of Valletta jixtieq javża lill-klijenti tiegħu li minħabba numru ta’ impjegati li jinsabu pożittivi għall-COVID-19 jew f’kwarantina, ser ikun hemm impatt fuq is-servizz offrut minn diversi Fergħat tal-BOV.

Il-Fergħat tan-Naxxar u ta’ Birkirkara

Dawn il-fergħat huma temporanjament magħluqa. Dawn ser jkunu miftuħa għall-klijenti minn nhar it-Tlieta 28 ta’ Diċembru 2021.

Il-Fergħat tan-Nadur u tax- Xagħra

Dawn il-fergħat huma temporanjament magħluqa.

Il-Fergħat ta’ Birżebbuġa, Ħ’Attard, l-Imsida u Fleur de Lys

Dawn il-Fergħat se jkunu qed joperaw b’servizz limitat. Is-servizz tal-kaxxiera minn dawn il-Fergħat mhux se jkun disponibbli filwaqt li servizzi li mhumiex relatati ma’ ġbid ta’ flus, tisrif ta’ ċekkijiet u depożiti se jiġu offruti biss b’appuntament. Klijenti li jeħtieġu dawn is-servizzi, inklużi investimenti, self għad-djar, self personali, skedar mill-ġdid ta’ ħlasijiet lura ta’ self u applikazzjonijiet għal servizzi ġodda huma ġentilment mitluba jagħmlu appuntament permezz ta’ https://www.bov.com/Assistants/set-an-appointment, billi jibagħtu email fuq [email protected] jew iċemplu fuq 2131 2020.

Il-klijenti huma mħeġġa li qabel iżuru fergħa tal-BOV, jiċċekkjaw jekk il-Fergħa tagħhom ġietx milquta u x’servizzi qed jiġu provduti fuq https://www.bov.com/content/bov-branches-covid.

Il-klijenti huma mħeġġa biex inaqqsu r-riskju ta’ kuntatt u jużaw l-ATMs, il-BOV Internet Banking, BOV Mobile Banking, BOV Pay u BOV Debit u Credit Cards għall-ħtiġijiet bankarji tagħhom u pagamenti. 

Il-Bank of Valletta se jkompli jieħu l-miżuri kollha meħtieġa fl-aħjar interess u sigurtà tal-klijenti u tal-impjegati tiegħu u jfakkar lill-klijenti li meta jżuru l-Bank għandhom dejjem isegwu l-prekawzjonijiet neċessarji bħad-distanza soċjali, jilbsu l-maskri kif suppost u jużaw sanitiser.

Il-Bank of Valletta jixtieq jiskuża ruħu għal kull inkonvenjent ikkawżat u jirringrazzja lill-klijenti għall-kooperazzjoni kontinwa. 

Sport