Aktar kmieni llum, għall-ħabta tal-11:30 a.m. kien hemm rapporti li ntlemħu xi nirien ġo garaxx, Triq San Anard, Ħaż-Żabbar.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kien hemm xi ħsarat tekniċi fil-meter tad-dawl, però għadu mhux identifikat x’wassal għal dan.
Uffiċjal tal-Protezzjoni Ċivili kkonferma din l-informazzjoni ma’ dan is-sit u qal li ma kienx hemm persuni midruba.