Thea Parnis Coleiro kellha prestazzjoni b’saħħitha fil-finali tal-200m fejn temmet fis-sitt post b’ħin ta’ 24.07 sekonda — 0.01 sekonda biss ‘l bogħod mir-rekord nazzjonali li kienet stabbiliet fis-semi-finali tal-bieraħ. Il-midalja tad-deheb f’din il-finali ntrebħet mit-Taljana Margherita Castellani, li kisbet medalja tal-fidda fil-Kampjonati Ewropej tal-Atletika U18 tal-2024.
Fit-Taekwondo, Alycia Cassar ikkompetiet fil-kategorija –63kg għall-bniet iżda tilfet b’riżultat ta’ 2–0 kontra Viktoria Rucinski tal-Ġermanja.
L-aħħar dehra ta’ Tim Malta f’dan il-Festival hija skedata għal għada – Sibt 26 ta’ Lulju. f’Osijek, il-Kroazja, fejn il-ginnasta Sophie St. John se tipparteċipa fil-Finali tal-Balance Beam.
Team Malta jista jiġi segwit live fuq: https://eoctv.org/live/