Is-servizzi ta’ detenzjoni, wara li sar l-iċċekjar tas-soltu, indunaw u kkonfermaw li 21 immigrant ħarbu miċ-Ċentru ta’ Detenzjoni f’Ħal Far.
Dawn ħarġu mill-post fl-aħħar sigħat wara li, fost oħrajn, ikkawżaw ħsara fuq wieħed mill-ħitan taċ-ċentru.
It-tfittxija bdiet mal-mument li t-tmexxija taċ-Ċentru ta’ Detenzjoni ntebħet b’dak li ġara u talbet minnufih il-koperazzjoni tal-pulizija u entitajiet oħra.
11:30 a.m: Inewsmalta jinsab infurmata li aktar kmieni dalgħodu kien hemm numru ta’ immigranti li ħarbu miċ-Ċentru ta’ Detenzjoni ta’ Ħal Far.
L-awtoritajiet konċernati jidher li bdew minnufih bit-tfittxija għal dawn l-immigranti.
Aktar informazzjoni kif taslilna…