Sunday, December 22, 2024

AĠĠORNAT: Anzjan l-Isptar u żagħżugħ ta’ 20 sena ma jsofri l-ebda ġrieħi f’ħabta fil-Mellieħa

Aqra wkoll

Kelliem għal pulizija dalgħodu kkonferma ma’ talk.mt li fl-inċident li seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-8.30pm kien hemm involuti raġel ta’ 63 sena mill-Mellieħa li kien qed isuq Toyota Hilux kif ukoll żagħżugħ ta’ 20 sena mill-Mellieħa wkoll li kien qed isuq Ford Ecosport.

Minkejja l-impatt u l-ħsara estensiva li sofriet il-Ford Ecosport, iż-żagħżugħ li kien qed isuq ma sofra l-ebda ġrieħi.

Dan filwaqt li r-raġel ta’ 63 sena li kien qed isuq it-Toyota Hilux ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, iżda sofra ġrieħi ħfief biss.

10.50: AĠĠORNAT: Persuna l-Isptar wara inċident fil-Mellieħa

Il-kelliem għal Pulizija, Brandon Pisani kkonferma ma’ talk.mt li kienet persuna waħda li ttieħded l-Isptar Mater Dei.

Mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li fl-inċident kien hemm żewġ vetturi nvoluti, liema inċident seħħ għall-ħabta tat-8.30p fi Triq Lewis Wettinger direzzjoni mill-Għadira lejn il-Mellieħa.

Brandon Pisani qalilna li hekk kif waslu l-ambulanzi fuq il-post il-persuni li kienu nvoluti f’dan l-inċident kienu ħarġu kollha weħidhom mill-karozza. Minkejja dan, persuna minnhom kellha tittieħed l-isptar minħabba xi ġrieħi li setgħet sofriet.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.

10.23pm – Persuna l-isptar wara inċident fil-Mellieħa

Madwar siegħa ilu seħħ inċident tat-traffiku fil-Mellieħa fejn il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili għenu xi persuni jinħarġu mill-karozza li fiha kienu maqbuda.

L-informazzjoni li għandu talk.mt jidher li l-inċident seħħ fi Triq Lewis Wettinger fil-Mellieħa fejn fuq il-post marru mill-ewwel l-ambulanzi u tobba tal-emerġenza kif ukoll ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili. S’issa għadu mhux magħruf kemm kienu l-persuni li ttieħdu lejn lejn l-Isptar Mater Dei u anke l-kundizzjoni tagħhom.

Il-pulizija flimkien mal-ħaddieam tat-Transport Malta qegħdin jidderieġu t-traffiku minħabba li t-triq hija magħluqa.

Il-pulizija għadhom qegħdin jinvestigaw dan l-inċident.

Aktar dettalji kif jaslulna.

Ekonomija

Sport