Fi stqarrija l-Pulizija qalu li r-raġel involut fl-inċident li seħħ aktar kmieni dalgħodu fir-Rabat Għawdex ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Jirriżulta li r-raġel anzjan ta’ 63 sena residenti x-Xagħra kellu impatt ma’ Mitsubishi li f’dak il-ħin kienet wieqfa fil-ġenb tat-triq.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
09.00am Raġel l-isptar f’inċident tat-traffiku fir-Rabat Għawdex:
Kien għall-ħabta tas-6.30am meta raġel li kien qed isur mutur fi Triq Fortunato Mizzi fir-Rabat Għawdex ħabat ma’ karozza Mitsubishi.
Kelliem għall-pulizija filwaqt li kkonferma l-inċident qal li mill-ewwel investigazzjonijiet jidher li l-karozza Mitsubishi kienet ipparkjata fil-ġemb tat-triq, iżda mhux f’kaxxa ta’ parkeġġ li hemm fl-istess triq.
Mill-ewwel isejħet ambulanza li ħadet lil raġel l-isptar.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.
It-triq minn Fortunato Mizzi sa Triq ir-Repubblika tinsab magħluqa għat-traffiku.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.