AĠĠORNAT: Inewsmalta tinsab informata li residenti li jinsabu f’Level 2 tad-dar tal-anzjani fil-Mellieħa jinsabu fi kwarantina, u appuntamenti biex il-qraba tagħhom imorru jarawhom mhux qed jintlaqgħu. Dan wara li carer kien ikkonfermat bħala li huwa pożittiv għall-Covid-19.
Ħaddiema li tkellmu ma’ Inewsmalta kkonfermaw li r-residenti, anake minn livelli oħrajn fl-istess residenza u anke membri tal-istaff, ġew sottoposti għal swab tests. Qraba ta’ residenti li jinsabu f’dan il-livell qed jintqalilhom li qabel it-2 ta’ Ġunju mhux se jkunu qed iżommu appuntamenti biex jaraw lir-residenti. L-istess sorsi qalulna li s’issa t-testijiet li qed isiru fuq ir-residenti u l-istaff irriżultaw fin-negattiv.