Kelliem għal Pulizija kkonferma ma’ talk.mt li r-raġel tkaxkar u mhux waqa’ minn fuq l-irdumijiet ta’ Ħad Dingli.
Jirriżulta li r-raġel li hu barrani kien qed fuq l-irdumijiet u għal xi raġuni żelaq u tkaxkar madwar żewġ sulari. Hu rnexxielu jitla’ mill-ġdid fit-triq hekk kif beda jiggranfa ma’ ġebel u affarijiet oħrajn li kien hemm.
Il-kelliem għal Pulizija qalilna li hekk kif waslet l-ambulanza fuq il-post il-barrani kien diġa qed fit-triq jistenna l-għajnuna.
Hu ttieħed b’ambulanza lejn l-Isptar Mater Dei biex jingħata aktar għajnuna u jkun għal osservazzjoni tat-tobba.
07.18: Raġel jaqa’ minn fuq l-irdum ta’ Ħad-Dingli waqt li kien qed jiġbed ir-ritratti
Għall-ħabta tas-6.30pm, raġel waqa’ minn fuq l-irdumijiet ta’ Ħad-Dingli waqt li kien qed jiġbed ir-ritratti.
Fuq il-post hemm tim mediku biex jassistu lir-raġel hekk kif jidher li rnexxielu jitla’ waħdu lura.
Aktar informazzjoni kif taslilna