Saturday, November 23, 2024

AĠĠORNAT: Damlu nofs siegħa jagħmlu CPR lil Saviour Gaffarena biex jipprovaw isalvawh

Aqra wkoll

Dalgħodu se tkun qed tibda l-kumpilazzjoni tax-xhieda dwar il-qtil ta’ Saviour Gaffarenza u l-attentat ta’ qtil fuq kuġinuh Vince, liema reati seħħew tard nhar l-Erbgħa tal-ġimgħa li għaddiet.

Saviour Gaffarena, ta’ 27 sena instab mejjet f’karozza fi Triq il-Konvoj ta’ Santa marija, l-Imqabba, b’vince jinstab fil-karozza ferut b’tiri ta’ arma tan-nar f’wiċċu u sidru.

B’rabta ma’ dawn ir-reati l-Pulizija arrestat lil Owen Schembri u Leon Debono, it-tnejn li huma ta’ 18-il sena.

Iż-żewġ ġuvintur wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjubin fil-konfront tagħhom.

Agħmel refresh tal-paġna biex tara l-aħħar aġġornamenti…

12.50: Tiġi fi tmiemha s-seduta tal-lum.

12.45: Qalet li fuq Saviour Gaffarena damu nofs siegħa jagħmlu CPR biex jipprovaw isalvawh.

12.39: Tgħid li rat pulizija jiġri lejhom u li qalilhom li kien hemm xufier mimli demm. Tgħid li Vince Gaffarena għamillha sinjal li ma jistax jitkellem. Għalhekk tagħtu karta u biro u kiteb l-ismijiet tal-akkużati.

12.35: Tibda tagħti x-xhieda tagħha l-kuntistabbli Sharona buhagiar mill-Vice Squad. Dakinhar tad-delitt kienet l-Imqabba fuq extra duty.

12.29: Ikompli jgħid li kien Debono li qallu biex jeħles mill-arma. Jgħid ukoll li tgħallem ineħħi l-magażin mill-arma mil-logħob tal-Playstation.

12.22: Jgħid li telaq mid-dar ta’ Schembri għax beża’ li forsi jiġu l-Pulizija.

12.16: Jgħid li meta l-pistola fuq is-sodda ta’ Schembri nħasad għax kien ra l-aħbarijiet.

12.12: Iżid jgħid li huwa kellu relazzjoni tajba mal-akkużati, iżda lil vince Gaffarena ma kienx jafu.

12.02: Jgħid li ġieli ra liż-żewġ akkużati jisparaw arma fuq ġebel għax kien magħhom.

11.52: Jgħid li neħħa l-bullits u tefagħhom f’tank tal-ilma f’għalqa. Il-magażin jgħid li poġġieh taħt ġebla u l-pistola poġġiha f’siġra tal-bajtar tax-xewk. Ikompli jgħid li mar jiġri Ħal Kirkop, u qabad mal-Wifi biex jibgħat messaġġ lit-tfajla tiegħu li daqt kien se jirritorna, u wara arrestawh il-Pulizija.

11.50: Jgħid li l-pistola kienet fil-parapett u neħħiha.

11.47: Jgħid li Debono ma kienx qallu għaliex kien ħareġ mid-dar. Jgħid iżda li Debono kien qallu li barra kien hemm pistola.

11.37: Jgħid li bdew iħarsu barra mit-twieqi iżda ma qalulux min kien spara. jgħid li Debono ħareġ barra. Iżid jgħid li kien ħalla pistola mal-art u għalhekk kien neħħiha minħabba li hija ta’ periklu pubbliku biex ma jsibha ħadd. Ikompli jgħid li le-wwel darba li ra l-pistola kienet fuq is-sodda ta’ Schembri.

11.36: Jgħid li preżenti kien hemm in-nanniet ta’ Schembri u anke l-akkużati. kien hawn li qaluli li xi ħadd kien spara tiri.

11.34: Iżid jgħid li miż-Żurrieq mar jogging sa Ħal Kirkop. Jgħid li libes bandana biex jidher daqslikieku kien qed jagħmel jogging. iżid jgħid li sema’ li kien hemm tir u ma riedx jingħaraf minħabba li ġieli kien ikun ma’ Vince. Jgħid li hekk kif wasal ċempel lil Schembri u fetħitlu nanntu. jgħid li kienu jidhru mfixklin.

11.30: Jgħid li beda jċemġel lil Schembri minħabba li kien jaf li kien jaf lil Gaffarena. Jgħid li Schembri ma bediex jirrispondi . jgħid li ċempillu xi erba’ darbiet, u wara xi ħames minuti Schembri ċempillu.

dejt incrmpel owen ghax naf li jafu imma ma bedix jirrispondiXi 4 darbiet cempilt, ghidtlu good night u wara 5 min cempilli

11.28: Jgħid li flimkien mal-akkużati ġieli kienu jmoru jduru ma’ Vince Gaffarena.

11.27: Jgħid li dakinhar tad-29 ta’ Lulju kien għand it-tfajla tiegħu. Qal li filgħaxija ra l-aħbarijiet u kien għaraf il-karozza ta’ vince Gaffarenza.

11.21: jibda jagħti x-xhieda tiegħu ż-żagħżugħ minuri jaf kemm lil Owen Schembri u kif ukoll lil Leon Debono. Lil Debono jafu minħabba li ħabib tiegħu huwa l-kuġin ta’ Debono. Lil Schembri ilu jafu għal madwar erba’ xhur, u anke hawn ħabib tiegħu huwa kuġin ta’ Schembri.

11.02: L-Ispettur Zahra jgħid li fil-karozza fejn instabu l-kuġini Gaffarena nstabet sustanza ta’ droga. instabet anke lembuba taħt is-seat tax-xufier. Fil-karozza ma nstabitx sikkina.

10.58: Iż-żagħżugħ minuri qal lill-Pulizija li ġimagħtejn qabel Schembri u Debono kienu bdew jipprovaw arma imma ma kienx konxju jekk kienx hemm diżgwid bejn iż-żewġ naħat. F’basket li kellu Saviour Gaffarena nstabet pistola bil-magażin maqlugħ.

10.57: L-Ispettur Zahra jgħid li l-akkużati ġew invistati mit-tabib Mario Scerri. Jgħid li hekk kif ittieħdu d-Depot tal-Pulizija saru swabs għal traċċi ta’ sparatura.

10.55: Debono qal lill-Pulizija li kienu marru Ħal Millieri fejn Vince Gaffarena kien ħareġ sikkina. Qal li xħin ra hekk ipprova jaħrab, b’Saviour Gaffarena jipprova jżommumill-flokk, mdankollu jirnexxilu jaħrab. Debono ċaħad li kien preżenti fil-mumenti tal-isparaturi jew li spara.

10.53: Min-naħa tiegħu Debono kkonferma mal-Pulizija li kienu maru dawra bil-karozza mal-kuġini Gaffarena. Qal ukoll li kienu ħadu xi droga.

10.52: l-Ispettur Zahra jgħid li fl-istqarrija li l-imputati taw lill-Pulizija, Schembri ma wieġeb xejn iżda meta tkellem mal-Ispettur Arnaud ta verżjoni tal-fatti.

10.49: Il-minuri qal lill-Pulizija li Owen Schembri kien qallu jmur ħdejh, fejn kien hemm anke Leon Debono. Iż-żewġ imputati qalu lill-ġuvni minuri b’dak li ġara, u anke li Vince Gaffarena kellu mus u li kien qed se jagħti daqqiet lil Owen bih.

10.48: l-ispettur Zahra jkompli jgħid li l-Pulizija kienu kellmu lil ġuvni minuri ukoll li ismu ma jistax jixxandar. Qal li fid-29 ta’ Lulju kien għand it-tfajla tiegħu ż-Żurrieq. Dan kien ikkonfermat mill-Pulizija.

10.45: Vince żied jgħidilhom li Leon kien sparalu f’wiċċu u f’sidru. Qal ukoll li Leon kien ħareġ mill-karozza u spara tir ieħor. Vince żied jgħid lill-Pulizija li kif kien qed jiġri sema’ tir ieħor, u ra lil kuġinuh mixħut fuq is-seat ta’ wara tal-karozza, bl-akkużati jkunu ħarbu minn fuq il-post.

10.42: Vince Gaffarena kien qalilhom li huwa kien xufier ħdejn Leon, u t-tnejn l-oħrajn kienu wara. Vince żied jgħid lill-Pulizija li waqfu Ħal millieri għax Owen Schembri kellu arma u beda jurihielu. Qalilhom li kien inqala’ argument iżda ma kienx jaf fuq xiex.

10.40: Jgħid li hekk kif l-għada Vince Gaffrena kien qed jiġi f’tiegħu l-Isptar, mar ikellmu flimkien mal-Ispettur Arnaud. Vince qalilhom li l-lejl ta’ qabel kien għadda għall-akkużati filwaqt li kien ma’ kuġinuh Saviour, u marru dawra.

10.38: Jgħid li l-Pulizija marru d-dar ta’ Owen Schembri f’Ħal Kirkop fejn ġie arrestat. Il-Pulizija fittxet fid-dar u anke ġabret xi ħwejjeġ.

10.35: Viċin l-iskola ta’ Ħal Kirkop ġiet innotata persena tiġġogja. Sussegwentement il- pulizija li kienu fuq patrols sabu ġuvni minuri fuq bank. Irriżulta li kien jaf b’dak li ġara u kellu kuntatt ma’ Owen Schembri. Il-minuri, ta’ 17-il sena minn Ħaż-Żabbar, ukoll kien arrestat.

10.33: Iżid jgħid li Pulizija nnota ġuvni u tfajla li meta rawh ħarbu minn fuq il-post. Il-Pulizija żammew lil mara, Chanelle Debono, li tiġi z-zija ta’ Leon Debono. Il-ġuvni aktar tard irriżulta li kien ħu Leon li kien arrestat fuq bank bilqiegħda ħdejn dar Owen Schembri.

10.32: Jgħid li kien Vince Gaffarena li indika lill-Pulizija l-ismijiet bil-patrols tal-Pulizija jiffokaw fl-inħawi ta’ Ħal Kirkop.

10.29: Jgħid li ta struzzjonijiet biex isiru patrols fiż-żona, fejn irriżultaw li nstabu balal u aktar dmija. jgħid li ġiet innotata wkoll ċavetta ta’ karozza VW. Jgħid li mar lura fi Triq Konvoj Santa Marija bil-Pulizija tibda tfittex għall-akkużati.

10.25: Ikompli jgħid li wieħed mill-Pulizija għaddielu karta bl-ismijiet ta’ Owen Schembri, Leon Debono u Carmel ta’ Susella li jiġi missier wieħed mill-imputati.

10.23: Iżid jgħid li ra persuna mal-art li kienet qed tiġi assistia, iżda wara kien ikkonfermat li r-raġel miet fuq il-post. Jiddeskrivi l-istat tal-karozza fuq ġewwa, u jgħid li kien hemm ammont ta’ dmija u anke biċċiet tal-laħam.

10.18: Jibda jagħti x-xhieda tiegħu l-Ispettur Kurt Zahra, li jgħid kif l-Erbgħa 29 ta’ Lulju, għall-ħabta ta’ 11.45 p.m. irċieva telefonata li kienet tgħid li raġel aktarx inqatel fi sparatura.

Jgħid li dakinhar li seħħ ir-reat kienet qed tiżvolġi attività tal-logħob tan-nar. Iżid jgħid li kien fuq ix-xena tar-reat madwar 15-il minuta wara. Jisħaq li l-Pulizija kienu mgħarrfa bir-reat wara li karozza bi tnejn mimlijin dmija waqfet ħdejn barrier fejn kien hemm stazzjonat Pulizija.

09.50: Il-kawża se tkompli tinstema’ f’Awla Numru 9.

09.44: Demarco tgħid li lanqas il-qrati mhuma “above the law”. Issir talba mar-reġistratur tal-Qorti biex isib awla oħra akbar

09.43: L-Avukat Giannella Demarco tgħid li tirrifjuta li taħdem f’ambjent fejn mhuwiex tajjeb kulħadd. Dwar dan hemm qbil anke mill-avukati l-oħrajn u mill-Prosekuzzjoni.

09.40: Id-Difiża taż-żewġ imputati tilmenta mill-ammont ta’ nies li hemm preżenti fl-awla, bil-Maġistrat Nadine Lia tgħid li m’għandhiex kontroll fuq l-għażla tal-awla.

09.35: Il-Prosekuzzjoni se tkun qed titmexxa mill-Ispeturri Keith Arnaud u Kurt Zahra. L-Avukati Giannella Demarco u Alfred Abela se jkunu qed jassistu lil Owen Schembri filwaqt li għal Leon Debono se jkunu qed jidhru l-Avukati Stephen Tonna Lowell u Arthur Azzopardi.

Sport