Fi stqarrija maħruġa minnha l-Pulizija kkonfermat li Andy Debono m’għadux qed jiġi mfittex.
Il-Pulizija rringrazzjat lill-pubbliku inġenerali tal-koperazzjoni tiegħu.
Ilbieraħ: Raġel imfittex biex jidher fil-Qorti
Andy Debono qed jiġi mfittex mill-Pulizija b’rabta ma’ każ pendenti li hemm għaddej fil-Qorti.
Kull min għandu kwalunkwè tip ta’ informazzjoni dwar din il-persuna huwa ġentilment mitlub jagħmel kuntatt mal-Pulizija, anke b’mod anonimu, permezz ta’ messenger jew fuq il-linji 21224001 / 119 u jiġi kwotat in-numru 9/2022.