Saturday, September 14, 2024

AĠĠORNAT: Emma Muscat tirbaħ il-Malta Eurovision Song Contest

Aqra wkoll

Bil-kanznetta Out of Sight, Emma Muscat rebħet l-edizzjoni finali tal-Malta Eurovision Song Contest. Emma se tkun qed tirrappreżenta lil pajjiżna f’Turin f’Mejju li ġej.

Emma ġabet total ta’ 92 punt, segwita mill-kanzunetta Ritmu kantata minn Aidan Cassar (72 punt) u Nicole Azzopardi bil-kanzunetta Into the Fire.

Jingħata bidu għall-finali tal-Malta Eurovision Song Contest

Ftit tal-minuti ilu għadu kemm ingħata bidu għall-finali tal-Malta Eurovision Song Contest. Ir-rebbieħ jew rebbieħa se tkun qed tirrappreżenta lil pajjiżna f’Turin waqt il-Eurovision song Contest.

Is-Semifinali se jsiru nhar it-Tlieta 10 ta’ Mejju u l-Ħamis 12 ta’ Mejju. Il-finali se ssir is-Sibt 14 ta’ Mejju.

Il-kantanti li se jkunu qegħdin jkantaw u jikkompetu fil-finali tal-lum huma:

  • Enya Magri – Shame
  • Sarah Bonnici – Heaven
  • Matt BLXCK – Come Around
  • Denise – Boy
  • Norbert – How Special You Are
  • Raquel – Over You
  • Mark Anthony Bartolo – Serenity
  • Baklava Ft Nicole – Electric Indigo
  • Aidan – Ritmu
  • Janice Mangion – Army
  • Nicole Hammett – A Lover’s Heart
  • Nicole Azzopardi – Into the Fire
  • Richard Edwards – Hey Little
  • Giada – Revelación
  • Emma Muscat – Out of Sight
  • Miriana Conte – Look What You’ve Done Now
  • Jessica Grech – Aphrodisiac
Ekonomija

Sport