Saturday, October 26, 2024

AĠĠORNAT: Godfrey Farrugia jgħid li l-Covid-19 se tibqa’ magħna

Aqra wkoll

“Ara taħsbu li l-COVID19 se tispiċċa. Din se tibqa’ magħna. Ara taħsbu li bit-tilqima se nsolvu kollha. Il-prevenzjoni hemm trid tibqa’. Ejja nħarsu fit-tul u naraw darba għal dejjem kif se nsolvu il-problema tat-tniġġis tal-arja li qed inġibuha fuqna infusna.”

Dan sostnieh id-Deputat Parlamentari Godfrey Farrugia meta tkellem dwar l-abbozz ta’ liġi dwar test tal-Proporzjonijiet qabel l-adozzjoni ta’ regolamentazzjoni ġdida tal-professjonijiet.

“Ili ma nara lil ibni li jaħdem fl-Isptar Mater Dei xahrejn”

Intant waqt li kien qed jiddiskuti l-kwistjoni dwar il-pandemija tal-Covid-19, id-Deputat Farrugia tenna li kien ilu ma jara lil ibnu, li jaħdem fl-Isptar Mater Dei, għal dawn l-aħħar xahrejn.

Huwa rringrazzja lit-tobba u infermieri u ħaddiema oħra li huma fuq quddiem fil-ġlieda kontra l-COVID19. Tenna li “tħabbret il-mewt tal-Professur Aaron Casha. Nafu mix-xogħol tiegħu. Importanti li minkejja li kien persuna vulnerabbli, kienet il-COVID19 li tatu id-daqqa tal-mannara.”

Sport