Saturday, December 21, 2024

AĠĠORNAT: Ġuvni ta’ 32 sena weġġa’ gravi wara li qabad idejh f’konveyer tal-bajd tat-tiġieġ

Aqra wkoll

Kien għall-ħabta tat-8.30 meta raġel ta’ 32 sena residenti Ħal Qormi spiċċa weġġa’ wara li jdejh inqabdet minn makkinarju. L-inċident seħħ fi Sqaq iż-Żwiemel f’Ħal Qormi stess.

Jirriżulta li idejh inqbdet f’konveyer tal-bajd tat-tiġieġ waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol.

Fuq il-post marru tim mediku b’ambulanza li ħadu lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.

Il-pulizija qegħdin jinvestigaw dan il-każ.

Ekonomija

Sport