Thursday, November 14, 2024

AĠĠORNAT: Identifikat il-Bugħaddas li tilef ħajtu wara li sab ruħu f’diffikultà fil-baħar

Aqra wkoll

3:00 p.m: Ir-raġel li aktar kmieni tilef ħajtu wara li sab ruħu f’diffikultà ġie identifikat bħala Pollakk ta’ 78 sena.

Il-Pulizija mill-Għassa taż-Żurrieq marru fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari li saret irriżulta lir-raġel kien qiegħed jogħdos u għal xi raġuni sab ruħu f’diffikultà.

Fil-post kien hemm stazzjonati membri tas-Soċjetà Maltija tas-Salib l-Aħmar u malli ġew infurmati li hemm bżonn l-assistenza, wieħed mill-membri qabeż il-baħar u oħrajn assistew sabiex ir-raġel jittella’ fuq l-art.

Huma baqgħu jassitu sakemm ġiet l-ambulanza, bir-raġel jittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iżda sfortunatament ftit tal-ħin wara huwa ġie ċċertifikat mejjet.

Il-Pulizija għaddejja bl-istħarriġ tagħha, filwaqt li ġiet appuntata inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Dr Astrid May Grima.

2:30 p.m: Inewsmalta tinsab infurmata li r-raġel li ttella mill-inħawi taż-Żurrieq aktar kmieni dalgħodu sfortunatament tilef ħajtu ftit tal-ħin ilu.

11:45 a.m: Bugħaddas li kien qiegħed jogħdos fl-inħawi taż-Żurrieq sab ruħu f’diffikultà u wara li ttella’ fuq l-art, kellu jingħata s-CPR qabel ma ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura. 

Aktar tard l-għaddas ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt. 

Aktar dettalji dwar dan il-każ kif jaslulna.

Ekonomija

Sport