Raġel tilef ħajtu wara li aktar kmieni għall-ħabta tad-9:25 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq l-Imdina, Birkirkara.
Minn l-ewwel investigazzjonijiet jidher li raġel ta’ 50 sena residenti Ħal Balzan tilef ħajtu wara li ntlaqat minn vettura Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 34 sena residenti l-Belt Valletta.
Il-Pulizija għalqet Triq l-Imdina fid-direzzjoni lejn Fleur-de-Lys sakemm isiru l-investigazzjonijiet neċessarji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Marsanne Farrugia li ħatret inkjesta filwaqt l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.