Il-Prim Ministru Robert Abela bagħat ittra lid-Direttur Eżekuttiv tal-Mediatoday Saviour Balzan b’rabta ma’ ittra li ntbagħtet mill-kumpanija tal-midja dwar talba għal investigazzjoni.
Fl-ittra l-Prim Ministru sostna li l-Gvern ma jinvestigax ġurnalisti u kommess li jibqa’ jkun hemm ambjent fejn il-ġurnalisti jitħallew jagħmlu xogħolhom.
Il-Prim Ministru qal li l-Gvern se jkompli jiproteġi lill-ġurnalisti u dan se jkompli jagħmlu b’aktar liġijiet u ħidma favur dan id-dritt. Il-Prim Ministru sostna li l-Gvern se jkompli joħloq ambjent biex il-ġurnalisti jagħmlu xogħolhom b’mod mill-aktar seren.
07.15pm – L-IĠM juri solidarjetà mal-ġurnalist Matthew Vella
L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin ikkundanna d-deċiżjoni ta’ Steward Healthcare International li kitbet lill-Gvern u talbet li l-editur tal-MaltaToday Matthew Vella jiġi investigat.
Fi stqarrija l-IĠM filwaqt li wera solidarjetà mal-ġurnalista Vella u sostniet li r-rappurtaġġ tal-fatti ma humiex kampanja ta’ ħmieġ kif allegat Steward Healthcare International
L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin qal li xi ħadd jitlob lill-Gvern biex issir investigazzjoni kriminali kontra ġurnalist, huwa kundannabli u ta’ theddida diretta għall-ġurnalisti kollha f’Malta.
L-IĠM ħeġġeġ lill-ġurnalisti kollha biex jieqfu lil kwalunkwe entità li theddidhom b’azzjoni ta’ SLAPP.
Ma ninsewx li kien membru parlamentari nazzjonalista li mar l-ghassa jirraporta gurnalista ghax marret tintervistah.Wara li hargu kontrih hafna gurnalisti mar waqqa r rapport.Insejna li kien Joseph Caruana lahhar gurnalista li tressaq il qorti fuq libell kriminali.Fejn kien il pn li halla dan kontra l gurnalisti.