Ir-riħ qawwi li qed jaħkem il-gżejjer Maltin fost l-oħrajn spiċċa biex kisser il-mitħna tax-Xarolla fiż-Żurrieq.
Fil-fatt, minn ritratti li ġew ippubblikat fuq il-midja soċjali tidher evidenti l-ħsara li ġarbet din il-mitħna.
Intant, il-Prim Ministru Robert qabel qal li dalgħodu kelmuh nies dwar il-ħsara kbira li sofrew il-qlugħ ta’ din il-mitħna kawża tar-riħ u qal li l-Gvern se jagħti kull appoġġ lill-Kunsill Lokali biex isirulha t-tiswijiet meħtieġa.

Il‑mitħna tax‑Xarolla hi bini prominenti fir‑raħal taż‑Żurrieq. Inbniet fl‑1724 u hi waħda mit‑tmien imtieħen tal‑Fondazione Manoel li nbnew mill‑Gran Mastru de Vilhena fuq art li kienet proprjetà tal‑Ordni ta’ San Ġwann. Il‑mitħna tax‑Xarolla ħadet isimha mis‑sit fejn inbniet.