“Att illegali u tal-mistħija”
Aġġornat:
Stqarrija mill-FKNK
L-FKNK qalu li “x-xenarju sabiħ li kien irraportat dan l-aħħar, anki permez ta’ ritratti li ħadu u ppubblikaw membri tal-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK), meta numru ta’ fjamingi żaru l-gżejjer Maltin, m’għandux ikun imtebba b’att illegali u tal-mistħija bħal dak li ġie irraportat illum, fejn persuna mhux magħrufa spara u qatlet fjamingu f’bajja fin-nofs in-nhar ta’ Malta.”
Il-FKNK mhux talli tikkundanna bil-qawwa kollha dan l-att kriminali, talli qegħda titlob l-għajnuna tal-membri tagħha kollha, speċjalment dawk ta’ l-inħawi, sabiex tingħata kull tagħrif u għajnuna possibli lill-Pulizija biex jinqabad min kien responsabbli jitressaq il-Qorti.
L-FKNK kompliet tgħid li “f’għajnejn il-pubbliku inġenerali, kull att illegali li jseħħ u li jikkonċerna qtil ta’ tajra protetta, impinġi bl-iktar mod ikrah fuq il-kaċċaturi u fuq il-kaċċa.” Għalhekk, l-FKNK qalet li ma tistax tibqa siekta meta “persuni li ma jistħu minn ħadd u m’għandhom ebda rispett lejn ħadd qegħdin ikomplu jagħmlu ħsara u jimminaw il-passjoni soċjo-kulturali u tradizzjonali tal-kaċċaturi Maltin u Għawdxin ġenwini b’dal-mod sfaċċjat.”
Mingħajr ebda tlaqliq, il-FKNK tgħid li persuni bħal dawn m’għandhom ebda post fil-Federazzjoni. “Għaldaqstant, jekk jinsab min wettaq dan l-att vandalu u dan jinzerta membru tal-FKNK, is-sħubija tiegħu tkun immedjatament sospiża u skont is-sentenza tal-Qorti jista jkun imkeċċi minn membru.”
Stqarrija KSU:
B’referenza għall-allegat qtil ta’ fjamingu ferħ f’Xrobb l-Għaġin is-Sibt filgħodu, il-Kaċċaturi San Ubertu tiddiżassoċja ruħha minn kull attività llegali bħal din.
Kaċċaturi San Ubertu ifakkru li bħalissa l-istaġun huwa miftuħ biss għall-kaċċa tal-fenek selvaġġ. “Atti llegali bħal dawn mgħandomx x’jaqsmu ma’ kaċċa pprattikata skont il-ligi. Il-qtil ta’ kwalunkwe speċi protetta, jew it-teħid ta’ speċi legali barra mil-istaġun miftuħ, dejjem kien u jibqa’ kkundannat minn Kaċċaturi San Ubertu.” Il-KSU kompliet tgħid li din l-attività kriminali tmur ukoll kontra l-etika u l-ispirtu tal-kaċċa legali, liema attività hija marbuta ma teħid ta’ speċi b’mod legali, etiku u sostenibbli.
Ghaldaqstant, Kaċċaturi San Ubertu tispera li min wettaq tali att jinġieb quddiem il-ligi biex jirispondi ghal-emilu
Skont numru ta’ rapporti li l-fjamingu nqatel minn xi tiri.
Aktar qabel:
Qarrej ta’ inewsmalta.com għaddilna ritratt ta’ fjamingu mejjet f’Dellimara. Għadu mhux magħruf jekk din it-tajra protetta ġietx milquta minn xi tiri jew le.