Ikkanċellat il-Malta International Airshow minħabba l-COVID-19
Aġġornat:
Il-Kumitat tas-Soċjetà Maltija tal-Avjazzjoni għadha kif ħabbret li l-Awtorità Maltija għat-Turiċmu se tkun qed testendi l-koperazzjoni li kienet se tingħata din is-sena għas-sena li ġejja. Fil-fatt l-attivita tal-Malta International Airshow se tkun qed issir f’Settembru ta’ sena oħra
Aktar qabel:
L-imxija tal-COVID-19 kompliet bl-impatt negattiv u distruttiv, hekk kif għadu kemm tħabbar li l-Malta International Airshow, li kien se jsir fis-26 u s-27 ta’ Settembru ġie kkanċellat.
Din id-deċiżjoni ttieħdet mill-Kumitat tas-Soċjetà Maltija tal-Avjazzjoni, wara li l-każi ta’ COVID-19 sparaw ‘il fuq fl-aħħar ġimgħat. Il-Kumitat kompla jgħid li bħalissa qed jistenna risposta mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, li hija l-kollaboratur prinċipali ta’ dan l-avveniment, biex jaraw jekk l-imsemmija kollaborazzjoni tgħoddx għas-sena d-dieħla.