AĠĠORNAT: Il-MITA qalet f’aġġornament li ħadet azzjoni immedjata biex tidentifika u ssolvi l-kwistjonijiet tekniċi li nqalgħu aktar kmieni. Sadanittant, qalet li l-esperti tekniċi qegħdin jagħlu progress biex iħaddmu mill-ġdid is-servizzi Governattivi.
AKTAR KMIENI: inewsmalta jinsab informat li l-parti l-kbira tas-sistemi tal-informatika tal-Gvern jinsabu weqfin hekk kif hemm xi ħsarat tekniċi.
Dan ġie kkonfermat ukoll mill-Aġenzija tal-IT tal-Gvern, il-MITA li fl-aħħar ħinijiet qalet li qiegħda tesperjenza xi diffikultajiet tekniċi fuq il-parti l-kbira tas-servizzi Governattivi.
Il-MITA qalet li qiegħda tagħmel dak kollu possibbli biex tirranġa dawn il-ħsarat tekniċi mill-aktar fis.